Festa Kbira minn kull aspett

FESTA KBIRA MINN KULL ASPETT – In-nies li ġew iżuruna bl-eluf tagħhom fl-ewwel ġranet t’Awwissu sabiex jaqsmu magħna l-ferħ tal-Festa tal-Patrun tal-Belt Rebbieħa San Lawrenz hekk iddeskrivew il-Festa 2018. Reġgħet kienet Festa Kbira ddedikata lill-Patrun tal-Belt tagħna San Lawrenz fejn urejna u konfermajna kemm aħna l-aqwa festa fil-Kottonera u waħda mill-festi ewlenin f’pajjiżna. Dan għaliex il-Festa tagħna fiha l-ingredjenti kollha li jsawru festa tradizzjonali Maltija. Kburin li aħna l-festa tat-titular tal-Belt tagħna bħalma l-Banda Vittoriosana San Lawrenz hija l-banda tal-Birgu sa’ mit-twaqqif tagħha 135 sena ilu.  Anniversarju li ċċelebrajna kif jixraq. Kellna festa kbira minn kollox.  Armar, Nar, marċijiet, Knisja, Każin, Banda, Kunċert Mużikali mill-aqwa, Banda Taljana tieħu sehem fil-Festa, Symphony of Lights u ħafna aktar. ‘Festa Kompluta’ li regħhet ikkonfermat il-qawwa Palmiża. Prosit, grazzi lil kulħadd u minn issa bdiet il-ħidma għall-Festa 2019. VIVA SAN LAWRENZ, PATRUN TAL-BELT REBBIEĦA. VIVA L-EWWEL BANDA VITTORIOSANA