Festa Santa Ċeċilja – Is-Sibt 30 ta’ Novembru, 2013

Soċjeta` Mużikali San Lawrenz, Belt Vittoriosa Nhar is-Sibt 30 ta’ Novembru, 2013 ser tkun iċċelebrata mill-Għaqda Każini tal-Banda l-Festa ta’ Santa Ċeċilja, Padruna tal-Mużika. Is-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz ser tieħu sehem permezz ta’ delegazzjoni mill-Kumitat fil-Quddiesa Konċelebrata li ser issir fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta u wara fil-korteo bl-istandardi tal-Baned Maltin.