Festa Sekondarja Ta’ San Ġużepp fil-Parroċċa tal-Birgu

San Ġużepp Dan hu l-programm hekk kif ippubblikat mil-Parroċċa tal-festa Sekondarja ta’ San Ġużepp fil-Parroċċa ta’ San Lawrenz, Belt Vittoriosa. It-Tlieta 30 t’April sal-Ħamis 2 ta’ Mejju jkunu tlett ijiem ta’ tridu. Dan ifisser li f’kull ġurnata jkun hemm Rużarju u wara kurunella ta’ San Ġużepp fil-5.30 pm, fis-6.00 pm Quddiesa. Imbgħad il-Ġimgħa 3 ta’ Mejju, Jum il-Festa ta’ San Ġużepp, ser isir Rużarju u wara kurunella ta’ San Ġużepp fil-5.30 pm, wara fis-6.00 pm issir Quddiesa kkonċelebrata mil-kapitlu tal-Parroċċa ta’ San Lawrenz. Fit-tmiem tal-Quddiesa toħroġ il-Purċissjoni bl-istatwa ta’ San Ġużepp Ħaddiem, xogħol ta’ Melchior Gafa`. Wara l-purċissjoni tingħata l-Barka Sagramentali. Il-Parroċċa tħeġġeġ lill-parruċċani tat-triq tal-Purċissjoni sabiex jixgħelu il-gallarija.