Festa ta’ San Lawrenz f’Għawdex

Il-Kummissjoni Attivitajiet Soċjali fi ħdan is-Soċjeta ` Mużikali San Lawrenz ser tkun qed torganizza Ħarġa ta’ Nofs ta’ nhar f’Għawdex fl-okkażjoni tal-Festa ta’ San Lawrenz ġewwa Għawdex, nhar il-Ħadd 12 t’Awwissu 2012. Fil-fatt it-tluq mill-pjazza permezz ta’ coach ser ikun fit-3.00 pm, fejn meta naslu Għawdex ser nżuru il-bajja sabiħa ta’ Marsalforn u wara mmorru fir-raħal ta’ San Lawrenz sabiex nassistu għall-Festa ta’ Missierna San Lawrenz. Il-Prezz ta’ dan in-nofs ta’ nhar hu ta’ €6.00. Il-Biljett tal-vapur m’huwiex inkluż f’dan il-prezz. Dawk kolha interessati għandhom javviċinaw lis-Sur Oscar Adami.