FESTA TA’ SANTA ĊEĊILJA 2022

 

Nhar Is-Sibt 19 ta’ Novembru 2022, ġiet iċċelebrata il-festa ta’ Santa Ċeċilja, Patruna tal-Mużiċisti, fil-Belt Valletta. Is-Soċjetà Mużikali San Lawrenz, permezz ta’ delegazzjoni mill-kumitat u bl-istandard tas-Soċjetà, ingħaqdet mal-baned Maltin li attendew għall-quddiesa fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann u wara għall-marċ tradizzjonali mat-toroq tal-Belt Kapitali.