FESTI 100 SENA PALAZZO HUESCA – JIŻŻANŻNU ŻEWĠT IBNADAR ĠODDA

 

Wara li l-bieraħ tela’ mill-ġdid f’postu l-arblu maġġuri tas-Soċjetà fejn iżżanżnet kruċetta ġdida, illum iżżanżnu żewġ bnadar ġodda. L-ewwel bandiera kienet dik Maltija kbira, mbgħad ġiet imbierka u inawgurata bandiera ġdida li ġġib l-emblema tal-isem tal-banda l-antik, H.R.H. Duke of Edinburgh’s Own Band.