FESTIVAL NAZZJONALI TAL-BANED

 

 

Il-Banda Vittoriosana San Lawrenz ser tkun qed tieħu sehem fil-Festival tal-Baned nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Settembru bi programm mużikali ġewwa x-Xgħajra ta’ Bormla fis-7.30pm. Dan wara li l-Banda San Lawrenz ssodisfat il-kriterji kollha.

Il-Banda tkun taħt id-Direzzjoni ta’ Mro Jonathan Abela.

Il-Festival Nazzjonali tal-Baned hu organizzat mill-Kottonera Foundation u l-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda.