Final tal-Kompetizzjoni tas-Snooker

Is-Sala tal-Billiard Illum il-Ġimgħa 7 ta’ Jannar fil-5.00 pm bdiet il-finali tal-isnooker competition li ilha għaddejja għal dawn l-aħħar ġimgħat fis-Sala tal-Billiard tal-każin. Il-finalisti ta’ din il-kompetizzjoni huma Walter Attard u Zaren Spiteri. Il-finali ser tkun qed tintlagħab fuq 7 frames. Wara li tispiċċa l-finali, ser issir preżentazzjoni tat-Trophies lir-rebbieħa u jkun hemm riċeviment żgħir għall-membri tal-Kumitat u l-parteċipanti ta’ din il-kompetizzjoni. Filwaqt li nawguraw lill-finalisti, nistiednu lid-dilettanti kollha tal-isnooker Vittoriosani jingħqdu magħna f’din is-sala ewlenija ġewwa l-Birgu.