|
Nhar l-Erbgħa 5 ta’ Ġunju 2013, ġie inawgurat b’mod uffiċjali il-Bar u Restaurant il-ġdid tal-Każin tas-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz. Għal din l-okkażjoni, attendew diversi persuni distinti, fosthom il-Prim Ministru Dr Joseph Muscat, li kien hu stess li nawgura dan il-Bar u Restaurant. Ftit qabel saru diskorsi qosra mill-President tas-Soċjeta`, is-Sur Lawrence V. Farrugia, mis-Sur Geert Sciot, Direttur tal-Kumpanija BeBirgu, kif ukoll mill-Prim Ministru nnifsu. Kienet okkażjoni sabiħa ferm, fejn nistgħu ngħidu ingħata bidu għal din l-avventura ġdida tas-Soċjeta` tagħna. Għaldaqstant nħeġġu lil kulħadd sabiex jiġi jżur u jara dan l-investiment li sar mill-Privat f’Partnership mal-każin. |