Ftuħ mill-Ġdid tal-Mejda tas-Snooker

Is-Sala tal-Billiard Għada il-Ġimgħa 15 t’Ottubru, fit-8.00 pm, ser terġa’ tinfetaħ il-Mejda tas-Snooker wara li sarilha numru ta’ xogħol u manutenzjoni. Din il-mejda prinċipali fis-Sala tal-Billiard tal-Każin, li fuqha jilgħabu l-Membri tas-Soċjeta`, sarilha pannu ġdid u mattunelli ġodda flimkien ma’ xogħol ieħor ta’ restawr. Il-Kummissjoni Billiard ħasbet li l-aħjar mod li din il-mejda terġa’ tinfetaħ u jsir il-logħob fuqha billi torganizza logħba ta’ esebizzjoni bejn Alex Borg u Duncan Bezzina. Għalhekk, id-dilettanti kollha ta’ din il-logħba huma mħeġġa li jkunu fis-Sala tal-Billiard fit-7.45 pm sabiex jassistu għal din il-logħba ta’ esebizzjoni.