Ftuħ tal-festi bil-Marċ tal-Mota

dav

Nhar il-Ħadd 31 ta’ Lulju l-Banda Vittoriosana San Lawrenz fetħet uffiċjalment il-Festa 2016 b’marċ brijuż madwar it-toroq tal-Belt Rebbieħa. Il-qofol tal-marċ intlaħaq fi Triq it-Torri ta’ San Ġwann u Triq il-Mina l-Kbira bil-partitarji jagħmlu l-briju sinonimu mal-marċi popolari li daqqet il-Banda. L-impenn li jmiss tal-Banda huwa nhar il-Ħadd 7 t’Awwissu bil-Programm ‘Vittoriosa in Festa’ fejn din is-sena t-tema ser tkun ‘ El Ritmo Latino’.