Ftuħ tal-Festi ta’ San Lawrenz – Patrun tal-Belt Vittoriosa

Il-bieraħ fetħu uffiċjalment il-Festi 2017 tal-Patrun tal-Belt Vittoriosa San Lawrenz fejn wara li folla kbira attendiet għall-quddies li bdiet fis-7pm, sar il-ħruġ tal-istatwa min-niċċa. Fid-9pm l-Banda Vittoriosana San Lawrenz bdiet marċ minn quddiem Palazzo Huesca għal  madwar it-toroq tal-Belt Rebbieħa fejn dan leħaq il-qofol tiegħu tul Triq il-Mina l-Kbira.