Ftuħ tal-Wirja Ġetsemani

Nhar il-Ħamis 14 t’April is-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz fetħet bħal kull sena il-Wirja Ġetsemani. Għal darb’oħra, il-Kummissjoni Ġimgħa l-Kbira fi ħdan is-Soċjeta` għoġobha tistieden lill-Junion College Orchestra immexxija minn Mro Manoel Pirotta sabiex tipparteċipa f’dan il-ftuħ. Din id-darba, dan il-programm mużikali b’mużika adattata għal dan iż-żmien sar taħt il-kampnar fil-ġenb tal-knisja Kolleġġjata u Konventwali ta’ San Lawrenz. Quddiem attendenza sabieħa, din l-orkestra esegwiet diversi siltiet mużikali verament sbieħ li niżlu għasel ma’ kull min attenda. Wara li tlesta dan il-programm, il-Wirja nfteħet mis-Sur Lawrence V. Farrugia, President tal-każin, u tbierket mill-Arċipriet il-ġdid tal-Parroċċa, Dun Joe Cilia. Nħeġġeġ lid-Dilettanti kollha tal-Ġimgħa l-Kbira sabiex iżuru din il-wirja.