Ftuħ uffiċjali tal-Wirja ‘Ġetsemani’

OLYMPUS DIGITAL CAMERA Nhar il-Ħamis 10 t’April, 2014 il-Ministru Joe Mizzi fetaħ uffiċjalment il-Wirja ‘Ġetsemani’. Kien fl-1994 li saret din il-wirja għall-ewwel darba fil-Palazz tas-Soċjeta’ fejn din is-sena jaħbat l-20 Anniversarju mill-bidu tagħha. Wara diskors ta’ introduzzjoni mill-President tas-Soċjeta’, il-Ministru Mizzi fil-kelmtejn tiegħu faħħar l-impenn tal-volontarjat u d-dedikazzjoni sabiex isiru wirjiet ta’din ix-xorta. It-tberik ta’din il-wirja sar mill-Wisq. Rev. Arċipriet Joe Cilia. Din il-wirja tkun miftuħa kuljum mis-6pm il-quddiem filwaqt li nhar Ħamis ix-Xirka tkun miftuħa sa’ nofs il-lejl u fil-Ġimgħa l-Kbira filgħodu u filgħaxija.