Ftuħ uffiċjali tas-Sala tal-Billiard

Waqt il-ftuħ uffiċjlai Nhar il-Ġimgħa 7 ta’ Frar, 2014 saret l-inawgurazzjoni mill-ġdid tas-Sala tal-Billiard b’logħba t’esebizzjoni bejn Duncan Bezzina u Aaron Busuttil. Attendenza tajba attendiet għall-ftuħ tas-Sala wara l-bdil tal-pannu fejn kien il-President Onorarju Joseph Scicluna li ta l-ewwel kolp wara li s-Sur Scicluna rregala l-pannu lis-Soċjeta’. It-tberik sar mill-Arċipriet u Kappillan tas-Soċjeta’ Dun Joe Cilia. Wara l-ftuħ sar riċeviment filwaqt li Bezzina u Busuttil ingħataw tifkira tal-okkażjoni