Ftuħ Wirja Ġetsemani 2012

Nhar il-Ħamis 29 ta’ Marzu, lejliet il-ġurnata ddedikata lil Marija Addolorata, is-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz tal-Belt Vittoriosa ser tkun qed tiftaħ edizzjoni oħra tal-Wirja Getsemani. Il-ftuħ ta’ din il-wirja illum sar rinomat u marbut ma’ attivita` li normalment issir ġewwa l-każin; Lejla Mużiko – Letterarja mill-Banda Vittoriosana San Lawrenz taħt id-direzzjoni ta’ Mro Paul Schembri. U din is-sena mhux ser ikun b’inqas, imma bid-differenza li dan il-Kunċert ser isir għall-ewwel darba fl-Oratorju tal-Kurċifiss tal-Knisja Kolleġġjata u Konventwali ta’ San Lawrenz. Wara, l-wirja mistennija tinfetaħ mis-Sinjuri Geert Sciot u Ed Schoebben, Viċi-President tal-Brussels Airlines, bandist u ħbieb kbar tas-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz.