Ftuħ Wirja Getsemani 2011

Nhar il-Ħamis 14 t’April, lejliet il-ġurnata ddedikata lil Marija Addolorata, is-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz tal-Belt Vittoriosa ser tkun qed tiftaħ edizzjoni oħra tal-Wirja Getsemani. Il-ftuħ ta’ din il-wirja illum sar rinomat u marbut ma’ attivita` li normalment issir ġewwa l-każin; Lejla Mużiko – Letterarja mill-Junior College Youth Orchestra. U din is-sena mhux ser ikun b’inqas, imma bid-differenza li dan il-Kunċert ser isir fil-ġenb tal-Knisja Kolleġġjata ta’ San Lawrenz, eżattament taħt il-kampnar. Wara, l-wirja mistennija tinfetaħ mis-Sur Geert Sciot, Viċi-President tal-Brussels Airlines u bandist u ħabib kbir tas-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz.