Għall-bejgħ ic-CD ġdida tal-Marċi Funebri

Untitled Tinsab għall-bejgħ ic-CD ġdida ta’ Marċi Funebri li għada kemm ippubblikat is-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz tal-Belt Vittoriosa. Bl-isem ta’ ‘Ġetsemani’ f’din ic-CD insibu komposizzjonijiet ta’ Paul Schembri, Ugo Buhagiar, Chrisopher Pisani, Giovanni Giumarra, Giuseppe Frendo, Gian Maria Dalli, Becucci, Etienne Spiteri, Luigi Cirenei u l-Kanonku Luigi Fenech. Il-Banda hija taħt id-direzzjoni ta’ Mro.Paul Schembri. Din ic-CD tinsab għall-bejgħ mill-Każin tas-Soċjeta’għall-prezz ta’ € 10.