Għotja ta’ strument lill-Banda Vittoriosana San Lawrenz

image Nhar Ħadd il-Għid il-Kumitat tas-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz ġie ppreżentat bi strument mużikali minn Ashley Garbaccio li hija t-tifla ta’ Louis u Donna Garbaccio mill-Istati Uniti. Bħala ammiraturi tal-Banda tagħna l-familja Garbaccio ppreżentat klarinett Selmer sabiex ikun jista jintuża mill-iskola tal-mużika tas-Soċjeta’. Il-presentazzjoni saret lill-President is-Sur Lawrence V. Farrugia fil-presenza tas-Segretarju s-Sur Bjorn Callus.