Iffirmar tal-Kuntratt tal-Bar

Soċjeta` Mużikali San Lawrenz, Belt Vittoriosa Nhar il-Ġimgħa 4 ta’ Jannar 2013, il-President tas-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz, Lawrence V. Farrugia, u d-Direttur tal-Kumpanija BE-Birgu Ltd, Ed Schoebben, iffirmaw il-kuntratt għall-iżvilupp u t-tisbieħ tas-sular t’isfel tal-każin. Dan il-ftehim intlaħaq wara xhur twal ta’ diskussjonijiet sabiex dan l-investiment jkun jista’ jseħħ. Dan il-partnership ser ikun qed ifisser żvilupp u tisbieħ totali tal-Bar u tal-kċina tal-każin, kif ukoll eventwalment anke tal-bitħa tal-każin. Il-Kumitat tas-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz jinsab ferm kuntent li dan il-ftehim intlaħaq, u ninsabu ċerti li b’dan l-iżvilupp ser nkomplu nsebbħu u ngħollu l-isem tal-każin tagħna.