Iffirmat il-Kuntratt bejn is-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz u s-Surmast Abela

20150223_190306 Nhar it-Tnejn 23 ta’ Frar, 2015 ġie ffirmat il-Kuntratt bejn is-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz u s-Surmast Jonathan Abela. Is-Surmast Abela ser jibda b’mod uffiċjali bħala Surmast Direttur nhar it-Tnejn 3 t’Awwissu, 2015 fi tmiem Programm Speċjali li sejjer isir ad unur is-Surmast Paul Schembri u biex l-istess Surmast b’mod simboliku jgħaddi l-bakketta tad-direzzjoni lis-Surmast Abela. Il-kuntratt jibda mill-1 ta’ Marzu, 2015 sa’ l-aħħar tas-sena 2020 liema kuntratt jista jiġġedded. L-ewwel impenn tas-Surmast il-ġdid ser ikun fl-iskola tal-mużika tas-Soċjeta’ fejn ser jibda t-tagħlim mużikali mix-xahar id-dieħel.