Ikla Buffet tal-ftuħ tal-festa – Is-Sibt 25 ta’ Lulju

ikla festa 25072015 /td>

Bħala ftuħ tal-attivitajiet tal-Festa 2015 il-Kummissjoni Attivitajiet Soċjali fi ħdan is-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz qed torganizza Ikla Buffet tal-Festa nhar is-Sibt 25 ta’ Lulju fil-bitħa tal-Każin. Din l-Ikla tikkonsisti fi 3 Cours Meal fejn kull persuna ser tingħata wkoll tazza nbid. Il-prezz huwa ta’ €15. Kull min huwa interessat li jattendi għandu javviċina lis-Sur Oscar Adami jew lis-Sur Eugenio Pellicano. L-ikla tibda fit-8pm.