|
Nhar il-Ġimgħa 12 ta’ Novembru il-Kumitat tas-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz organizza ikla ġewwa North Country Restaurant fil-Baħrija. Għal din l-ikla attendew numru sabiħ ta’ membri u sostenituri tal-każin. Il-kumitat jixtieq jirringrazzja lil dawk kollha li ssieħbu magħna u ninsabu ċerti li kulħadd ħareġ sodisfatt. Il-Kumitat jixtieq ukoll ifakkar li minħabba is-Safra tal-Banda ġewwa l-Belġju bejn il-11 u 18 ta’ Diċembru, mhux ser tiġi organizzata l-ikla tradizzjonali tal-Milied ġewwa lukanda ewlenija, u jixtieq javża li l-Party tal-Membri u Bandisti tal-każin ser isir l-Erbgħa 22 ta’ Diċembru minflok wara l-Milied bħas-soltu. Fl-aħħar nett, il-Kumitat tas-Soċjeta` jistedinkom iżżuru is-sezzjoni Gallery f’dan is-sit sabiex taraw ir-ritratti tal-ikla tal-ġimgħa li għaddiet. |