Ikla Familjari f ‘El Catalan’ ix-Xgħajra nhar il-Ġimgħa 23 t’Ottubru

fenkata Il-Kummissjoni Attivitajiet Soċjali fi ħdan is-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz ser torganizza Ikla Familjari nhar il-Ġimgħa 23 t’Ottubru, 2015 f ‘El Catalan’, Xgħajra, Żabbar. L-Ikla li tibda fit-8pm tikkonsisti fi 3 Course Meal fejn bħala starter hemm għażla minn Lasagna / Mushroom Vol au Vent / Bruschetta / Penne al Salmone / Vegetable Soup / Spaghetti Rabbit filwaqt li bħala Main Course wieħed jista jagħżel bejn Chicken Breast / Spare Ribs / Swordfish / Pork Loin / Rabbit / BLT Burger. Ikun hemm ukoll għażla ta’ deserta. Il-prezz ser ikun ta’ € 20. Għal aktar dettalji u sabiex tirriserva post tista tagħmel kuntatt mal-Kaxxier is-Sur Oscar Adami fuq 9947 2142 jew is-Sur Eugenio Pellicano fuq 7961 7288.