Nhar il-Ġimgħa 5 ta’ Frar, 2016 saret l-Ikla Familjari li ssir ta’ kull sena fis-Swan Lake Restaurant, Wied il-Għajn bħala parti mill-festi tal-Karnival. Numru sabiħ ta’ membri u ammiraturi tas-Soċjeta’ attendew għal din l-attivita’ fejn kulħadd ħareġ sodisfatt. L-attivita’ li jmiss ikun issa l-Buffet Breakfast nhar Sibt il-Għid 26 ta’ Marzu, 2016 f’Palazzo Huesca, Sede tas-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz. Din l-attivita’ tibda hekk kif tintemm il-funzjoni tal-Knisja.