IKLA FAMILJARI F’WIED IŻ-ŻURRIEQ – IL-ĠIMGĦA 15 TA’ NOVEMBRU, 2019

Il-Kummissjoni Attivitajiet Soċjali fi ħdan is-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz ser tkun qed torganizza Ikla Familjari nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Novembru, 2019 għand Step In Restaurant, Wied iż-Żurrieq.

L-Ikla li tibda fit-8.00pm ser tkun tikkonsisti f’għażla minn Spaghetti Bolognese, Penne Cream & Mushroom, Calamari Fritti u Prawn Cocktail bħala starter u Ħut, Pork, Chicken Breast jew Pizza bħala Main Course u Deżerta. Il-prezz ikun ta’ € 21.

Biex wieħed jirriserva post għandu javviċina lil Eugenio Pellicano jew iċempel 7961 7288. Aħsbu kmieni sabiex ma’ toħorġux diżappuntati.