Ikla Familjari – L-Ewwel Erbgħa 27 ta’ Mejju, 2015

steak Nhar il-Erbgħa 27 ta’ Mejju, 2015 jibdew l-Erbgħat f’ġieħ San Lawrenz li jwasslu għall-Festa tal-Padrun tas-Soċjeta’ u tal-Belt Vittoriosa San Lawrenz. Biex niċċelebraw flimkien l-Ewwel Erbgħa ser tiġi organizzata Ikla Familjari fil-bitħa tal-Każin. L-Ikla ser tikkonsisti fi 3 Course Meal li jinkludi wkoll tazza inbid/minerali. Kull min huwa interessat li jattendi jista javviċina lil Oscar Adami fuq 9947 2142 jew lil Eugenio Pellicano fuq 7961 7288. Aħsbu kmieni għax il-postijiet huma limitati.