Ikla Familjari nhar il-Ġimgħa 12 ta’ Novembru

Nhar il-Ġimgħa 12 ta’ Novembru ser issir Ikla Familjari ġewwa ir-Restaurant North Country fil-Baħrija. Il-Prezz ta’ din l-ikla hu ta’ € 17. Kif tistgħu taraw f’dan il-poster, wieħed għandu għażla vasta ta’ x’jista’ jiekol waqt din l-ikla. Kull min hu interessat li jiġi mħeġġeġ li javviċina lill-Oscar Adami jew inkella jirrikorri fil-Bar tal-Każin.

Il-Kumitat tas-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz jixtieq javża li peress li l-Banda ser issiefer ġewwa l-Belġju fil-ġranet ta’ qabel il-Milied, l-ikla tradizzjonali tal-Milied m’hijiex ser issir. Għalhekk, nħeġġukom tingħaqdu magħna l-Ġimgħa 12 ta’ Novembru.