Ikla fil-Każin il-Ġimgħa 3 ta’ Settembru

Ikla fil-Każin
Nhar il-Ġimgħa 3 ta’ Settembru saret Ikla fil-Każin fejn għaliha kien hemm attendenza tajba. Sfortunatament minħabba t-temp xejn sabiħ karatterizzat mix-xita, l-ikla kellha ssir fuq ġewwa. In-nies preżenti ħarġu sodisfatti ħafna bil-varjeta` t’ ikel pprovdut fejn kulħadd qiegħed iħares il-quddiem għal ikla oħra li forsi finalment issir fil-bitħa bħala konklużjoni tal-attivitajiet tas-sajf. Dan il-għaliex din is-sena minħabba l-kostruzzjoni tas-Sala l-Ġdida ma kienx possibbli li jsiru s-solitu ikliet fil-bitħa u din id-darba bis-sala l-ġdida lesta kellu jkun it-temp li jxekkel din l-attivita` milli ssir fil-bitħa tant sabiħa tal-każin tagħna. Dettalji dwar aktar attivitajiet jitħabbru fil-jiem li ġejjin permezz ta’ dan is-sit, in-Newsletter ‘ Leħen is-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz’ u l-programm tar-Radju fuq La Salle FM 99.4 ‘Il-Briju tal-Festi’.