Il-Kummissjoni Attivitajiet Soċjali fi ħdan is-Soċjetà Mużikali San Lawrenz ser torganizza Ikla Familjari tal-Festa nhar it-Tnejn 5 t’ Awwissu, 2024 għand l-Olde City Pub fil-Birgu, mit-8pm ‘il quddiem.
L-ikel jikkonsisti f’għaġin bolognese jew bis-salamun bħala starter u għażla minn majjal, ħut jew tiġieġ bħala Main Course flimkien mad-deżerta.
Il-prezz ser ikun ta’ €20 kbar u €10 tfal. Booking jista’ jsir mingħand xi membru tal-Kummissjoni sa nhar l-Erbgħa 31 t’ Lulju 2024.