IKLA TAL-ĠIMGĦA L-KBIRA F’PALAZZO HUESCA – IS-SIBT 9 T’APRIL, 2022

 

 

Il-Kummissjoni Attivitajiet Soċjali fi ħdan is-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz ser torganizza Ikla tal-Ġimgħa l-Kbira nhar is-Sibt 9 t’April, 2022 f’Palazzo Huesca mit-8pm ‘il quddiem.

L-ikel, li ser ikun dak sinonimu ma’ x’jittiekel mill-Maltin meta ma jiswiex laħam, ser jikkonsisti f’Soppa bħala starter, Torta tal-Irkotta jew tat-Tonn taż-Żejt bħala 1st Course u għażla minn Vegetable Lasagna jew Platter bħala Main Course flimkien mad-deżerta u tazza nbid.

Il-prezz ser ikun ta’ €15. Booking mingħand is-Sur Eugenio Pellicano fuq 7961 7288 jew xi membru tal-Kummissjoni.