Il-Banda fil-Festa ta’ San Ġużepp, Għaxaq

DSC_0061 Nhar il-Ħadd 7 ta’ Ġunju l-Banda Vittoriosana San Lawrenz ser tkun qed tieħu sehem b’servizz fil-Festa ta’ San Ġużepp, Għaxaq. Il-Banda tibda marċ fil-530pm u wara tieħu sehem fil-ħruġ tal-istatwa filwaqt li takkumpanja fil-proċessjoni madwar it-toroq tar-raħal ta’ Ħal-Għaxaq. Il-Banda tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Jonathan Abela.