Il-Banda fil-Proċessjoni ta’ Kristu Rxoxt

Irxoxt-1 B’daqq ta’ valzi u marċi brijużi l-Banda Vittoriosana San Lawrenz takkompanja l-Proċessjoni ta’ Kristu Rxoxt madwar it-toroq ta’ Belt Vittoriosa. Il-Proċessjoni bl-istatwa artistika xogħol is-Surmast Salvu Psaila toħroġ mill-Knisja Kolleġjata u Konventwali ta’ San Lawrenz fl-10 ta’ filgħodu nhar Ħadd il-Għid. Jispikkaw il-ġirjiet f’diversi postijiet u toroq tal-Belt Rebbieħa.