Il-Banda fil-Proċessjoni tal-Ġimgħa l-Kbira

Faccata Il-Banda Vittoriosana San Lawrenz ser tkun qed tieħu sehem fil-Proċessjoni li toħroġ mill-Knisja Konventwali u Kolleġjata ta’ San Lawrenz f’Jum il-Ġimgħa l-Kbira. Il-Banda tesegwixxi Programm Funebru f’Misraħ ir-Rebħa waqt il-ħruġ tal-proċessjoni li tibda ħierġa għall-ħabta tas-6pm. Wara takkompanja quddiem ill-Vara l-Kbira tul Triq Hilda Tabone, Triq il-Kwartier, Fuq is-Sur, Triq il-Mina l-Kbira u mill-ġdid Misraħ ir-Rebħa fejn tintemm il-Proċessjoni għall-ħabta tad-9pm. Il-Banda tkun taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Ugo Buhagiar.