Il-Banda tal-Birgu bi Programm Mużikali tal-Milied f’Santa Venera

20161203_111235

Nhar is-Sibt 3 ta’ Diċembru, 2016 il-Banda Vittoriosana San Lawrenz ħadet sehem fl-attivita’ organizzata mill-Aġenzija Żgħażagħ f’Santa Venera. Din l-attivita’ kienet parti mill-proġett li s-Soċjeta’ tagħna ibbenefikat minn fondi mogħtija mill-istess Aġenzija matul din is-sena. Il-Banda Vittoriosana San Lawrenz permezz tal-allievi u bandisti tal-post ingħaqdet mal-Banda San Ġużepp tal-Kalkara biex taħt id-direzzjoni tas-Surmast Jonathan Abela daqqet għanjiet tal-Milied. Flimkien mal-Banda ħadu sehem l-istudenti tal-‘Percussion Class’ li matul dawn l-aħħar xhur bdew jitgħallmu fi ħdan l-iskola mużikali tas-Soċjeta ‘ The Vittoriosa Kids Music Centre’.