Il-Banda tal-Birgu bi Programm Mużikali tal-Ħarifa

Is-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz ser ittella’ l-Programm tal-Ħarifa tagħha nhar is-Sibt 23 ta’ Ottubru,2021 fi Pjazzetta San Filippu, Belt Vittoriosa.

Il-Banda tal-Birgu ser tkun qed iddoqq xelta ta’ mużika ta’ kompożituri ċelebri fosthom Giovanni Giumarra, Fernando Francia, Willy Hautvast, Dimitri Shostakovic, Matt Conaway, Tom Wallace, Jacob De Haan, Lorenzo Bocci, Anthony Chircop u Paul Schembri fost oħrajn.

Il-Programm ikun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Jonathan Abela u jibda fis-7pm. Dħul huwa mingħajr ħlas iżda huwa importanti li tirriserva post billi ċċempel 9949 7734 jew fuq info@stlawrencebandclub.com.

Ser jiġu segwiti l-miżuri maħruġa mill-Awtoritajiet tas-Saħħa kompetenti relatati mal-Covid-19. Mad-dħul irid jiġi preżentat ċertifikat tal-vaċċin.