Il-Banda tieħu sehem fl-attivita’ tal-Aġenzija Żgħażagħ

4 Nhar il-Ħadd 13 ta’ Diċembru, 2015 il-Banda Vittoriosana San Lawrenz ħadet sehem fl-attivita’ organizzata mill-Aġenzija Żgħażagħ f’Santa Venera. Din l-attivita’ kienet parti mill-proġett li s-Soċjeta’ tagħna ibbenefikat minn fondi mogħtija mill-istess Aġenzija. Il-Banda Vittoriosana San Lawrenz permezz tal-allievi u bandisti tal-post ingħaqdet mal-Banda San Ġużepp tal-Kalkara biex taħt id-direzzjoni tas-Surmast Jonathan Abela daqqet għanjiet tal-Milied.