Nhar is-Sibt 24 t’ Awwissu 2024, il-Banda Vittoriosana San Lawrenz kompliet bis-servizzi ta’ stedin ġewwa Festi oħra. Fil-fatt, il-banda għamlet servizz ġewwa Ħal Kirkop għall-festa ta’ San Leonardu fuq stedina tal-Ghaqda Muzikali San Leonardu A.D. 1858 fejn sar programm mużikali mill-isbaħ fil-pjazza ta’ quddiem il-każin. Dan kien is-7 servizz li l-Banda tal-Birgu għamlet fuq stedin minn festi oħra.
Il-banda kienet taħt id-direzzjoni ta’ Mro Jonathan Abela, Surmast Direttur.