Il-Banda Vittoriosana San Lawrenz b’servizz fl-Open Day tat-Tarzna Palumbo

arma maltese fonts Bħala parti mill-Open Day li ser issir nhar il-Ħadd 29 ta’ Mejju, 2016 fit-Tarzna Palumbo, il-Banda Vittoriosana San Lawrenz ser tkun qed tagħti servizz mużikali bejn it-3pm u l-5pm. Il-Banda Vittoriosana San Lawrenz ġiet abbinata sabiex iddoqq mal-Banda San Ġużepp tal-Kalkara fejn din il-Banda konġunta ser tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Jonathan Abela.