Il-Banda Vittoriosana San Lawrenz fil-Festa ta’ Kristu Re ġewwa Raħal Ġdid

 

Banda San Lawrenz

Għada l-Ħadd 31 ta’ Lulju, il-Banda Vittoriosana San Lawrenz ser tkun qed tagħmel marċ u program fl-okkażjoni tal-Festa ta’ Kristu Re ġewwa Raħal Ġdid. Dan is-servizz jibda għall-ħabta tas-7.15pm permezz ta’ marċ qasir. Wara, l-Banda San Lawrenz issellem lill-istatwa l-ġdida ta’ Kristu Re permezz tal-innu, u tesegwixxi programm Mużikali taħt id-direzzjoni ta’ Mro Jonathan Abela, Surmast Direttur. Ta’ min jgħid li l-Banda San Lawrenz ser tkun l-ewwel banda barranija li ser issellem lill-istatwa l-ġdida ta’ Kristu Re għall-ewwel darba fil-ħruġ mit-tempju tagħha. Dan is-servizz jispiċċa għall-ħabta tal-10.30pm.