Il-Banda Vittoriosana San Lawrenz fil-Festa ta’ San Lawrenz, Għawdex

Il-Banda Vittoriosana San Lawrenz ġiet mistiedna sabiex tieħu sehem fil-Festa ta’ San Lawrenz li ssir fir-Raħal ta’ San Lawrenz nhar il-Ġimgħa 28 ta’ Lulju, 2017 .Il-Banda ser tkun qed tieħu sehem f’dimostrazzjoni bl-istatwa ta’ San Lawrenz madwar it-toroq ta’ dan ir-raħal Għawdxi flimkien mal-Banda Prekursur tax-Xewkija. Aktar dettalji dwar din il-mawra f’Għawdex għal dawk li jridu jakkumpanjaw lill-Banda fil-ġranet li ġejjin. Il-ftuħ tal-Festa ta’ San Lawrenz din is-sena minn Għawdex b’marċ kbir mill-Banda tal-Ewwel Parroċċa f’Malta. Il-Banda tal-Birgu. Titilfux dan l-avveniment.