Il-Banda Vittoriosana San Lawrenz fil-Festa tal-Madonna ta’ Lourdes ġewwa Raħal Ġdid

Nhar il-Ħadd 22 t’Awwissu għat-tielet sena konsekuttiva l-Banda Vittoriosana San Lawrenz ħadet sehem fil-Festa tal-Madonna ta’ Lourdes ġewwa Raħal Ġdid. Bil-marċi brijużi tagħha l-Banda allegrat lin-nies tal-lokal f’marċ ta’filgħodu li beda fil-10.30 ta’ filgħodu u spiċċa fis-2.30 pm. Dan il-marċ ikun mistenni mill-partitarji tal-lokal fejn il-Banda tagħna bħal ma’ tagħmel f’postijiet oħra madwar Malta tat rendiment tajjeb ħafna.