Il-Banda Vittoriosana San Lawrenz fil-Festi Speċjali ta’ Maria Bambina

 

Il-Banda Vittoriosana San Lawrenz is-Sibt 9 ta’ Ġunju, 2018 ħadet sehem fil-Festival tal-Baned li sar fil-Parroċċa tal-Isla sabiex titfakkar l-400 sena mill-miġja tal-istatwa ta’ Maria Bambina. Wara li għamlet marċ li beda minn ħdejn il-gladjola u madwar it-toroq tal-Belt Sengleana, l-banda ngħaqdet mal-baned l-oħra tal-Kottonera f’mass band fejn indaqqu diversi innijiet marjani matul ċerimonja kommemorattiva fuq iż-żuntier tal-Bażilka.  Spikkat is-serjeta tal-Banda tal-Birgu fejn l-istandard bil-gradilja kien prominenti flimkien mal-bandisti b’uniformi eleganti li għamlu dan is-servizz wieħed memorabbli. Dan ġab fi tmiemha ġimgħa mpenjattiva għall-Banda Vittoriosana San Lawrenz fejn l-Erbgħa tellgħet il-Programm Annwali tagħha filwaqt li l-Ġimgħa ħadet sehem fil-Festa tal-Qalb ta’ Ġesu. Tassew jixirqilha t-titlu tal-Banda tal-Birgu.