Il-Banda Vittoriosana San Lawrenz fil-proċessjoni tal-Ġimgħa l-Kbira

Il-Banda Vittoriosana San Lawrenz ser tkun qed tieħu sehem fil-Proċessjoni li toħroġ mill-Knisja Konventwali u Kolleġjata ta’ San Lawrenz f’Jum il-Ġimgħa l-Kbira għada l-Ġimgħa 14 t’April. Il-Banda tesegwixxi Programm Funebru fi Pjazza tal-Belt Vittoriosa waqt il-ħruġ tal-proċessjoni li tibda ħierġa għall-ħabta tal-530pm. Wara takkompanja quddiem ill-Vara l-Kbira tul Triq il-Mina l-Kbira, Fuq is-Sur, Triq il-Kwartier,  Triq Hilda Tabone, Triq Santa Skolastika, Triq La Vallette u mill-ġdid fi Pjazza tal-Belt Vittoriosa fejn tintemm il-Proċessjoni għall-ħabta tad-9pm. Il-Banda tkun taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Jonathan Abela.