IL-BANDA VITTORIOSANA SAN LAWRENZ FIL-PROĊESSJONI TA’ KRISTU RXOXT

B’daqq ta’ valzi u marċi brijużi l-Banda Vittoriosana San Lawrenz ser tkun qed takkompanja l-Proċessjoni ta’ Kristu Rxoxt madwar it-toroq tal-Belt Vittoriosa.

Il-Proċessjoni bl-istatwa artistika xogħol is-Surmast Salvu Psaila toħroġ mill-Knisja Kolleġjata u Konventwali ta’ San Lawrenz fl-10 ta’ filgħodu għada l-Ħadd 21 t’ April, Jum il-Qawmien ta’ Kristu mill-Imwiet. Jispikkaw il-ġirjiet f’diversi postijiet u toroq tal-Belt Rebbieħa.