Il-Banda Vittoriosana San Lawrenz fil-proċessjoni tal-Ġimgħa l-Kbira

 

Il-Banda Vittoriosana San Lawrenz ser tkun qed tieħu sehem fil-Proċessjoni li toħroġ mill-Knisja Konventwali u Kolleġjata ta’ San Lawrenz f’Jum il-Ġimgħa l-Kbira għada l-Ġimgħa 30 ta ’ Marzu. Il-Banda tesegwixxi Programm Funebru fi Pjazza tal-Belt Vittoriosa waqt il-ħruġ tal-proċessjoni li tibda ħierġa għall-ħabta tal-530pm. Fost il-mużika li ser tindaqq f’dan il-progamm insibu Dolore ta’ Giovanni Giumarra, Marcia Nru. 1 tal-Kan. Luigi Fenech, Triste Ricordo tas-Surmast Direttur Jonathan Abela, L’ultimo viaggio tal-assistent Surmast Francois Borg, Lacrime d’Angoscia ta’ Christopher Pisani, In Memoriam di Joseph Zarb ta’ Andrew Zarb, Eterno Pianto komposizzjoni ta’ Pasquale Quatrano, Ai Miei Genitori ta’ Herbin u Milano ta’ kompożitur mhux magħruf. Wara takkompanja quddiem ill-Vara l-Kbira tul Triq il-Mina l-Kbira, Fuq is-Sur, Triq il-Kwartier,  Triq Hilda Tabone, Triq Santa Skolastika, Triq La Vallette, mill-ġdid fi Pjazza tal-Belt Vittoriosa, Triq Desain, Triq Kardinal u Triq San Lawrenz fejn tintemm il-Proċessjoni bid-dħul fil-Kolleġġjata ta’ San Lawrenz għall-ħabta tad-9.15pm. Il-Banda tkun taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Jonathan Abela.