Il-Banda Vittoriosana San Lawrenz għal darb’oħra barra minn xtutna

Għall-ħames darba fl-istorja tas-Soċjeta’, l-Banda Vittoriosana San Lawrenz ser tmur barra minn xtutna sabiex tesegwixxi Marċi u Programmi Mużikali.  Bejn is-Sibt 13 u t-Tlieta 16 ta’ Jannar, 2018 l-Banda tal-Birgu ġiet mistiedna biex tmur Viagrande, sabiex tieħu sehem fil-Festa ta’ San Mauro li ssir f’dan il-lokal viċin Catania. Minbarra l-parteċipazzjoni fil-Festa ser ikun hemm ukoll mawriet fuq l-Etna, Catania, Acitrezza u Taormina. Il-prezz li jinkludi titjira bl-Airmalta, taxxi, transfers, eskursjonijiet, trasport u akkomodazzjoni fuq bażi half board huwa ta’ 325. Importanti li taħsbu kmieni għax il-postijiet huma limitati u ser tiġi adottata s-sistema ta’ first come first served basis.  Ambaxxaturi ta’ Beltna mhux f’pajjiżna biss iżda anki barra minn xtutna. Catania 1903, Messina 1904, Tuneż 1927, Belġju 2010 u Viagrande 2018. Banda l-glorjuża bħal Beltna li kburija li tħaddan f’isimha.