Il-Banda Vittoriosana San Lawrenz illum b’servizz f’Għawdex

Illum il-Ġimgħa 28 ta’Lulju, 2017 il-Banda Vittoriosana San Lawrenz ser tkun qed tieħu sehem b’marċ brijuż madwar it-toroq tar-raħal ta’ San Lawrenz, Għawdex. Il-marċ jibda fid-9pm fejn il-Banda ser tieħu sehem f’dimostrazzjoni bl-istatwa ta’ San Lawrenz flimkien mal-Banda Prekursur tax-Xewkija. Numru sabiħ ta’ partitarji ser jakkumpanjaw lill-Banda fil-gżira Għawdxija.