Illum it-Tnejn 13 t’Awwissu, 2018 il-Banda Vittoriosana San Lawrenz ser tkun qed tagħmel servizz fil-Belt Victoria, Għawdex bħala parti mill-Festi li jiġu ċċelebrati f’din il-Belt ad unur l-Assunta. Il-Banda tibda marċ fid-9pm minn quddiem il-każin tal-Banda Cittadina Leone tul Triq ir-Repubblika, Pjazza Indipendenza u lura. Is-servizz jispiċċa għal ħabta ta’ nofs il-lejl.