Il-Banda Vittoriosana San Lawrenz illum b’servizz funebru fil-Belt Valletta

Illum il-Ġimgħa 8 ta’ Marzu, 2019 il-Banda Vittoriosana San Lawrenz ser tkun qed tieħu sehem fil-Pellegrinaġġ bl-istatwa ta’ Ġesu Redentur li toħroġ mill-Knisja ta’ Santu Wistin fil-Belt Valletta. Is-servizz jibda fil-5.30pm fejn il-Banda tal-Birgu ser tkun qed iddoqq għal darb’oħra fil-Belt Kapitali ta’ pajjiżna. Il-Banda tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Jonathan Abela.